Folla mill-isbaħ ilbieraħ inġabret fil-Knisja Parokkjali tal-Qrendi biex jagħtu l-aħħar tislima lis-Surġent Maġġur Martin Callus.
Fost dawk preżenti kien hemm diversi uffiċjali mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li ssieħbu f’korteo li ta l-aħħar tislima li tixraq lil Callus.

Callus kien jaqdi l-irwol ta’ Surġent Maġġur Korrettiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u fost karatteristiċi oħrajn tiegħu huwa ġie mfakkar għas-servizz mill-aħjar li kien jagħti fuq il-post tax-xogħol.
Il-GWU offriet il-kondoljanzi u s-solidarjetà tagħha mal-famijari, ħbieb u kollegi ta’ Callus f’dan il-mument ta’ niket.