Tuesday, April 30, 2024

Tinħatar bħala Membru fuq il-Kumitat dwar l-Istrateġija wara l-Pandemija tal-Covid-19

Aqra wkoll

Il-Membru Parlamentari Ewropew Josianne Cutajar ġiet appuntata fuq Kumitat importanti ġdid dwar l-Istrateġija wara l-Pandemija tal-COVID-19. Nhar il-Ħamis, il-Parlament Ewropew ħabbar l-ismijiet tal-MPE li se jpoġġu fuq tliet kumitati ġodda stabbiliti fl-10 ta’ Marzu.

Dr Cutajar hi l-unika MPE Maltija f’isem is-soċjalisti li se tkun qed tagħmel parti minn dan il-kumitat speċjali ġdid, kumitat li għandu biċċa xogħol importanti biex janalizza l-effetti tal-pandemija u jħares lejn kif irridu nkomplu mexjin ’il quddiem fl-irkupru mill-pandemija, fi żminijiet meta għandna quddiemna sfidi, imma anke opportunitajiet, ġodda għall-familji, il-ħaddiema u n-negozji tagħna. 

Fl-ewwel reazzjoni tagħha għal din il-ħatra Dr. Cutajar qalet li hi onarata bil-fiduċja li l-kollegi barranin urew fiha u fix-xogħol li qed twettaq f’diversi setturi relatati, fiduċja li ser issarraf billi tkompli taħdem biex ikollna strateġija konkreta u inklussiva għal wara l-pandemija tal-Covid-19 fuq livell Ewropew, strateġija li ssarraf f’viżjoni u reżiljenza għall-futur.

Sport