Friday, May 17, 2024

Il-ħinijiet tal-votazzjoni għada se jkunu bejn is-7.00a.m. u l-10.00p.m.

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Elettorali tfakkar lill-pubbliku li l-ħinijiet tal-votazzjoni għada se jkunu bejn is-7.00a.m. u l-10.00p.m. bla waqfien. Kulħadd għandu jara li jmur fl-indirizz tal-post tal-votazzjoni li hemm miktub fuq id-dokument tal-vot tiegħu.

Fil-kamra tal-votazzjoni jiddaħħlu għaxar votanti li ma għandhomx bżonn għajnuna għal kull votant li jkollu bżonn għajnuna tal-Assistenti Kummissjonarji Elettorali biex jivvota.

Il-Kummissjoni Elettorali tgħarraf ukoll li kull persuna li tostakola jew iżżomm l-aċċess ħieles ta’ votant milli jivvota tkun ħatja ta’ reat skont il-liġi.

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li għada se tingħata l-faċilità lill-votanti li jkunu se jsiefru f’dan il-jum stess biex jaqbżu l-kju. Dawn il-persuni għandhom jieħdu magħhom prova dokumentata tas-safar u juruha lill-pulizija inkarigat fiċ-ċentru tal-votazzjoni.

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li l-użu ta’ mobile phones, cameras, jew apparat tal-fotografija huwa projbit fil-postijiet tal-votazzjoni. Min jinqabad jieħu ritratt/video u jekk jinstab ħati ta’ dan ir-reat, jista’ jeħel multa u/jew priġunerija, hekk kif stabbilit fl-Att dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali.

Sport