Dan is-sit jinsab infurmat li ftit tal-ħin ilu, għall-ħabta tat-3:00 p.m. seħħ inċident tat-traffiku fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi.

Jirriżulta li anzjan ta’ 72 sena kien qed isuq karozza tal-għamla Honda Accord, meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u nqaleb.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ uffiċjali tal-Pulizija sabiex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.
Aktar informazzjoni malli taslilna…