Friday, April 19, 2024

Ħamrun 147 A u Cospicua Rangers fil-finali tal-Federation Cup

Aqra wkoll

Ħamrun 147 A u Cospicua Rangers għaddew għall-finali tal-Federation Cup tal-Blackball wara li rebħu s-semifinali rispettiva tagħhom.

Il-Ħamruniżi għelbu lit-tieni tim tagħhom Ħamrun 147 B 13-4 filwaqt li Cospicua Rangers ma sabuha xejn faċli sabiex eliminaw lil Valletta Breakwater 13-10.

Il-finali bejn Ħamrun 147 A u Cospicua Rangers se ssir għada fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara.

Mill-banda l-oħra, Mosta St Mary’s A u Birkirkara Duke’s A se jikkontestaw il-finali tas-Super Cup tal-Blackball.

Fis-semifinali, il-Mostin għelbu lil San Ġwann Nick’s A 13-10 sabiex issa se jiltaqgħu kontra Birkirkara Duke’s A fil-finali tal-lejla.

Aktar qabel, fil-play-off, San Ġwann Nick’s A kienu eliminaw lil PL Balzan B 13-5.

Sport