Tuesday, April 23, 2024

Paul Miller f’Malta

Aqra wkoll

Il-leġġenda ta’ Tottenham Hotspur, Paul Miller se jkun f’Malta nhar il-Ħamis 1 ta’ Ġunju għal attività fit-Tottenham Hotspur Supporters Club Malta, fi Triq San Federiku, il-Belt Valletta.

Id-difensur  ċentrali minn Londra lagħab ma’ Tottenham bejn l-1977 u l-1987, fejn rebaħ l-FA Cup darbtejn u anki t-Tazza UEFA.

Miller rebaħ it-Tazza UEFA fl-1984 meta l-finali kienet tintlagħab fuq żewġ legs u kien propju hu li skorja l-goal ta’ Tottenham fid-draw ta’ 1-1 kontra Anderlecht fil-Belġju.

Ma’ Tottenham, Miller lagħab ma’ players bħal Osvaldo Ardiles, Ricardo Villa u Glenn Hoddle.

Miller se jkun fil-club ta’ Tottenham mis-7.30pm ‘il quddiem, fejn se jkollu ċans jiltaqa’ u jitkellem mal-partitarji.

Id-dħul huwa b’xejn, u l-attivita’ qed tiġi organizzata minn Tottenham Hotspur Malta u eveNts17, bil-kollaborazzjoni ta’ J. Portelli Projects u Ramla Bay Resort.

Sport