Karozza spiċċat inqalbet fit-tela’ tal-Addolorata f’Raħal Ġdid u konsegwenza ta’ dan inġema’ traffiku kbir.
Tant li fuq il-midja soċjali persuni bdew itellgħu ritratti u jinformaw lill-pubbliku biex kemm jista’ jkun tiġi evitata ż-żona.
Informazzjoni li għandu dan is-sit tgħid li f’dan l-inċident ħadd ma weġġa’ u s-sewwieq irnexxielu joħorġ waħdu mill-karozza.