Sunday, December 22, 2024

Tinstab il-karozza li biha ttajjar raġel f’Birkirkara … għaddejja tfittxija għas-sewwieq

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Investigazzjonijiet intensivi u tfittxijiet mill-Pulizija wasslu biex instabet il-karozza li allegatament kienet involuta f’inċident li seħħ fit-2 ta’ Lulju, 2023, fi Triq l-Imdina, Birkirkara.

F’dan l-inċident, Finlandiż ta’ 41 sena allegatament intlaqat minn karozza li telqet minn fuq il-post.

Il-karozza, tal-għamla Toyota Belta tal-lewn abjad, instabet mill-Pulizija fejn fuqha ġew innotati daqqiet kompatibbli mal-inċident imsemmi. Il-karozza tinsab f’idejn il-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet, waqt li għadha għaddejja tfittxija għall-allegat sewwieq.

Intant, il-kundizzjoni tal-vittma qalbet għall-aħjar u ġie rilaxxat mill-isptar.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u l-Inkjesta Maġisterjali dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport