Wednesday, April 24, 2024

Tintlagħab it-tieni ġurnata tal-Kampjonat tal-ISA

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda kompla jintlagħab il-Kampjonat tal-ISA fejn ġiet kompluta t-tieni ġurnata.

Methode …….2

Playmobil ……1

Fl-ewwel partita Methode għelbu lil Playmobil bl-iskor ta’ 2-1. Iżda Methode sabuha ferm diffiċli biex jinfdu d-difiża tal-avversarji hekk kif Playmobil bdew jagħlqu tajjeb u ma bdewx iħallu spazji. Dan minbarra li taw daqskemm qalgħu u kien jimmeritahom li joħorġu b’punt minn dan il-konfront.

Methode fetħu l-iskor f’nofs l-ewwel taqsima minn Dean Agius permezz ta’ xutt half-volley. Huma rduppjaw mal-ftuħ tat-tieni taqsima mill-player Indjan, Pravan Kurummparath. Playmobil għamlu reazzjoni biex naqqsu d-distakk minn Conrad Tabone.

Referee: Saviour Brignone

Lufthansa …….7

Forestals ……..0

Lufthansa rreġistraw rebħa kbira ta’ 7-0 fuq Forestals li mmaturat fit-tieni taqsima hekk kif sal-mistrieħ huma kienu qed igawdu vantaġġ ta’ goal minn Juan Galdes.

Madankollu meta Forestals sofrew it-tieni goal permezz ta’ Steve Buttigieg, huma kkrollaw biex  Lufthansa ddominaw il-kumplament tal-logħba … fejn skorjaw ħames goals oħra, b’Buttigieg  jgħaqqad il-hat-trick personali. L-iskorers l-oħra kienu Juan Galdes, Simon Borg Costanzi … bl-aħħar goal jasal minn auto-goal.

Referee: Saviour Brignone

Sport