Friday, April 19, 2024

“Grazzi lil ħafna ħaddiema li llum ħadmu fl-iktar sitwazzjonijiet diffiċli” – il-PM

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Grazzi. Kelma fuq fomm bosta persuni li matul il-ġurnata tal-lum raw numru ta’ interventi minn diversi dipartiment li, minkejja l-maltempata qalila li ħakmet lill-gżejjer tagħna, ħarġu barra u ħadmu bla heda.

Proprju għalhekk bosta ddeskrivew lil dawn il-ħaddiema bħala “Eroj siekta ta’ żminijietna.” Ma naqsux diversi ringrazzjamenti, fosthom tal-Prim Ministru Robert Abela fejn irrikonoxxa lil dawn il-ħaddiema li llum ħadmu fl-iktar sitwazzjonijiet diffiċli.

Assistejna għal diversi interventi li saru hekk kif minħabba x-xita persistenti kien hemm bosta ilmijiet fit-toroq tagħna.

Fost in-numru ta’ interventi, il-Protezzjoni Ċivili marret biex issalva persuna maqbuda fil-karozza tagħha iżda l-ilma tant għola li dan offra sfida u b’hekk intalbet l-assistenza tal-Armata. B’ħidma konġunta ġiet salvata l-persuna maqbuda.

L-appell għall-kawtela mid-diversi dipartimenti ma naqasx. Aktar tard il-Protezzjoni Ċivili qalet li r-riżorsi tagħha se jibdew jiffokaw fuq operazzjonijieet sekondarji hekk kif il-periklu tal-maltemp jidher li għadda. Madankollu, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili baqa’ jappella għall-kawtela u ħeġġeġ lilll-pubbliku biex jikkopera u jevita ħruġ bla bżonn.

Ġest sabiħ li wettaq Pulizija ġie mfaħħar minn bosta hekk kif għen tfajjel jasal l-isptar biex jieħu t-trattament tiegħu tal-kanċer fil-ħin. 

Iżda dan ma kienx każ iżolat. Bosta kienu dawk l-interventi li forsi mhux dejjem ġew esposti fil-pubbliku iżda żgur u mhux forsi li kienu ta’ għajnuna kbira. 

Wara l-maltempata li kelna dalgħodu, il-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Tindif minnufih bdew il-ħidma tagħhom biex jitnaddfu l-ostakli li nħolqu, ħidma importanti li tevita milli t-toroq tagħna jkunu ta’ periklu għas-sewwieqa.

Sport