Saturday, June 13, 2026

TTD 2026: Il-Kanada kien ħaqqhom aħjar

Aqra wkoll

Grupp B – Toronto

KANADA……………………… 1

BOSNJA HERZEGOVINA…. 1

Il-ko-ospiti, il-Kanada u l-Bosnja Herzegovina spiċċaw fi draw ta’ 1-1 f’liema partita l-Kanadiżi kien ħaqqhom aħjar minħabba li ddominaw għal ħafna ħinijiet fejn setgħu skorjaw aktar goals iżda ma kienux daqstant inċiżivi qud­diem il-lasti avversarji.

Appena għaddew żewġ minuti, Bosnja fallew ċans tad-deheb li jiftħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ free-kick il-ballun waqa’ f’saqajn Amar Memic li miċ-ċentru tal-kaxxa għolla l-mira minflok xeħet fix-xibka.

Fil-11-il minuta, il-Bosnjaċi pprotestaw biex id-di­fensur Kanadiż, Alistair Johnston, jintwera l-karta l-ħamra wara li dan waqqa’ lil Memic fuq il-faxxa late­rali meta dan tal-aħħar kellu ċ-ċans li jaħ­rab waħdu … iżda ġustament huwa ntwera l-karta s-safra.

Fis-17-il minuta, fl-ewwel attakk denju tal-Kanada, bl-għajta tal-goal, Jonathan David mill-viċin għamel l-impossibbli meta xxuttja ċentrali minflok sammar il-ballun fix-xibka.

Erba’ minuta wara, Bosnja fetħu l-iskor meta minn az­zjoni ta’ corner, il-ballun wasal għand Jovo Lukic li bir-ras xeħet fix-xibka.

Fit-30 minuta, il-Kanada naqsu li jiksbu l-paritá meta Tani Oluwaseyi rebaħ il-ballun minn fuq Tarik Muharemovic iżda l-konklużjoni tie­għu għaddiet ftit barra.

Fil-55 minuta, Muharemovic ċaħħad lill-Kanadiż, Richie Laryea, milli jikseb id-draw meta salva t-tentattiv tiegħu minn fuq il-linja fatali megħjun mil- lasta.

U fis-67 minuta, kien imiss lil Nikola Katic           li jsalva minn fuq il-linja għal Bosnja mid-daqqa ta’ ras ta’ Oluwaseyi. 

Iżda fit-78 minuta, il-Kanada kisbu d-draw b’xutt tas- sostitut, Cyle Larin, minn tarf il-kaxxa wara li kien ilu żewġ minuti biss fil-ground. 

Kanada: Maxime Crepeau, Richie Laryea, Derek Cornelius, Luc de Fougerolles, Alistair Johnston, Liam Millar (Jacob Shaffelburg 61), Stephen Eustaquio (Jo­nathan Osorio 92), Ismael Kone, Tajon Buchanan (Ali Ahmed 61), Tani Oluwaseyi (Cyle Larin 76), Jonathan David (Pro­mise David 61) – Coach: Jesse Marsch

Bosnja: Nikola Vasilj, Sead Kolasinac (Dzenis Burnic 84), Tarik Muharemovic, Nikola Katic, Amar Dedic, Amar Memic (Kerim Alajbegovic 74), Benjamin Tahirovic, Ivan Basic (Armin Gigovic 62), Esmir Bajraktarevic (Ivan Sunjic  74), Jovo Lu­kic (Samed Bazdar 62), Ermedin Demirovic – Coach: Sergej Barbarez

Referee: Facundo Tella (Arġentina)

assistenti: Juan Pablo Belatti, Gabriel Chade (Arġentina)

Raba’ Uff.: Khalid Al-Turais (Arabja Sawdija)

Skorers: J. Lukic 21 (B), C. Larin 78 (K)

Ammoniti: A. Johnston, L. de Fougerolles (K); E. Demirovic, J. Lukic, N. Katic (B)

Attendenza: 43,002

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport