Grupp D – Los Angeles
STATI UNITI………… 4
PARAGWAJ………….. 1
L-Istati Uniti fetħu l-kampanja tagħhom fit-Tazza tad- Dinja b’rebħa impressjonanti ta’ 4-1 fuq il-Paragwaj hekk kif l-attakkant ta’ Monaco, Folarin Balogun, skorja darbtejn biex ispira lill-ko-ospiti jibdew fuq nota mill-aktar pożittiv.
Balogun sar biss it-tieni player Amerikan li skorja aktar minn goal wieħed f’partita tat-Tazza tad-Dinja, wara Bert Patenaude – li kien skorja l-ewwel hat-trick fl-istorja tal-kompetizzjoni fl-edizzjoni inawgurali tal-1930, ukoll kontra l-Paragwaj.
Din kienet ukoll l-akbar rebħa konġunta tal-Istati Uniti fit-Tazza tad-Dinja, u qabblet ir-rebħiet ta’ 3-0 kontra l-Paragwaj u l-Belġju fl-1930, meta spiċċaw fit-tielet post.
Huma fetħu l-iskor wara seba’ minuti, minn auto-goal tad-difensur Paragwajan, Damian Bobadilla, li xeħet fix-xibka tiegħu stess mill-cross ta’ Weston McKennie.
Fil-31 minuta, l-Amerikani rduppjaw hekk kif Folarin Balogun ikkonkluda mill-pass ta’ Christian Pulisic.
Eżatt mal-45 minuta, Balogun żied il-vantaġġ meta sfrutta pass fit-tul minn Malik Tillman, ħarab mill-kustodja tad-difensur, Omar Alderete, u għeleb lill-goalkeeper Orlando Gill, bil-ballun jispiċċa fir-rokna tax-xibka.
Fit-tieni taqsima, l-Amerikani komplew jippressaw iżda, fit-73 minuta, kontra x-xejra tal-logħob kienu l- Paragwaj li naqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Mauricio li tefa’ ġewwa mill-assist ta’ Julio Enciso.
L-Istati Uniti ssiġillaw ir- rebħa fit-tmien minuta tal-ħin miżjud bi ġmiel ta’ goal tas-sositut Giovanni Reyna minn 20 metru bogħod.
Stati Uniti: Matt Freese, Antonee Robinson, Tim Ream, Chris Richards, Alexander Freeman, Malik Tillman Giovanni Reyna 82), Tyler Adams, Christian Pulisic (Sebastian Berhalter46), Weston McKennie, Sergino Dest (Tim Weah 72), Folarin Balogun (Ricardo Pepi 72) – Coach: Mauricio Pochettino
Paragwaj: Orlando Gill, Junior Alonso, Omar Alderete, Gustavo Gomez, Juan Jose Caceres (Gustavo Velazquez 79), Miguel Almiron (Ramon Sosa 79), Damian Bobadilla (Mauricio 46), Andres Cubas, Diego Gomez (Kaku 80), Julio Enciso, Antonio Sanabria (Alex Arce 62) – Coach: Gustavo Alfaro
Referee: Danny Makkelie (Olanda)
assistenti: Hessel Steegstra, Jan de Vries (Olanda)
Raba’ Uff.: Yusuke Araki (Ġappun)
Skorers: D. Bobadilla 7 og, Folarin Balogun 31, 45, G. Reyna 98 (SU); Mauricio 73 (P)
Ammoniti: J.J. Caceres, M. Almiron, D. Gomez, A. Arce, J. Alonso (P); T. Adams (SU)
Attendenza: 70,492



