Sunday, June 14, 2026

Iseħħu żewġ inċidenti tat-traffiku fl-istess ħin fi Triq il-Kosta

Aqra wkoll

Fi Triq il-Kosta aktar kmieni dalgħodu seħħew żewġ inċidenti fl-istess ħin.

Kelliem għall-Pulizija qal lil dan is-sit li l-ewwel inċident kien jinvolvi karrozza u mutur li kienu fid-direzzjoni ta’ San Ġiljan filwaqt li fl-istess ħin seħħ inċident tat-traffiku bejn 3 karozzi direzzjoni Qawra/Buġibba.

Fuq il-post marru timijiet mediċi b’ambulanzi biex jassistu filwaqt li l-pulizija jinsabu fuq il-post jinvestigaw.

Aktar dettalji kif ikollna.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport