Żewġ persuni ġew salvati mir-Ramla l-Ħamra mill-uffiċjali tal-Emergency Response Rescue Corps hekk kif sabu ruħhom f’diffikultajiet waqt li kienu qegħdin jgħimu.
L-ERRC qalet fis-stqarrija li żewġ persuni niżlu jgħimu minkella li kien hemm double red flag u ftit twara bdew jinġarru mill-kurrenti. Li kienu l-uffiċjali tal-ERRC ma niżlux isalvawhom kienu se jersqu lejn żona perikoloża fir-Ramla l-Ħamra.
Ta’ min ifakkar li fir-Ramla l-Ħamra hemm żona li meta l-baħar ikun qawwi u xi ħadd jersaq lejn l-istess żona jkun perikoluż ħafna.
L-ERRC tfakkar li ħadd m’għandu jipprova jisfida l-elementi tal-baħar u wieħed għandu dejjem jara x’kulur tkun il-bandiera li jkun hemm fit-torri tal-ERRC.



