Saturday, December 21, 2024

Tirrifjuta pariri biex ittemm it-tqala wara li nfaqagħlha l-ilma mal-20 ġimgħa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Tarbija li kienet ngħatat biss ċans ta’ 1 fil-mija li tgħix għadha kemm għalqet disa’ xhur.

Omm it-tarbija kienet imħeġġa biextagħmel abort ta’ binha Chester wara li nfaqagħlha l-ilma ta’ 20 ġimgħa tqala.

Il-professjonisti tas-saħħa kienu qalulha li kien mistenni li tkorri b’mod naturali fi żmien qasir u għalhekk ntbagħtet id-dar u ngħatat l-antibijotiċi. Għaddew it-48 siegħa u l-korriment ma seħħx u kien hawnhekk li hi ġiet imħeġġa ttemm it-tqala minħabba li kien hemm riskju li tlaqqat infezzjoni qawwija.

L-omm; li hija wkoll omm tifel ieħor ta’ seba’ snin bl-isem ta’ Connor u tifla ta’ 19-il xahar bl-isem ta’ Riley, qalet li minkejja biżgħa, hi u żewġha qablu li jkomplu bit-tqala.

10 ġimgħat biss wara, Chester twieled b’ċesarja u kien jiżen ftit anqas minn borża zokkor. Ma kinitx faċli għaliex mat-twelid huwa żviluppa problemi fil-pulmun u għamel madwar erba’ xhur jingħata kura f’taqsima speċjalizzata tat-trabi prematuri.

L-omm spjegat li għaliha kull jum li beda jgħaddi mill-ġurnata li kellha tistenna l-korriment kienet bħal rebħa u li meta waslu fi stat li jintervjenu għat-twelid u jħarsu lura lejn dak kollu li għaddew minnu japrezzaw aktar it-tbissima fuq fomm binhom.

Ekonomija

Sport