Saturday, December 21, 2024

Tispikka l-fiduċja f’Robert Abela

Aqra wkoll

F’ġimgħa fejn iż-żewġ mexxejja ewlenin ħadu sehem f’żewġ dibattiti ma’ xulxin kompliet tissaħħaħ il-fiduċja fil-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista. 20.7% ak- tar tal-elettorat qed jgħid li Abela hu l-bniedem ideali biex imexxi l-pajjiż.

Meta wieħed iqis id-distakk bejn il-partiti politiċi l-istħarriġ baqa’ jagħti riżultati konsistenti bil-Partit Laburista jgawdi 12.6% aktar tal-appoġġ. Kemm distakk bħal dan ifisser voti jkun anke determinat b’kemm se jivvotaw nies, b’illum sa nofsinhar huwa l-aħħar jum fejn il-voti jistgħu jinġabru mill-għases tal-pulizija jew il-kunsilli lokali rispettivi. 

Fl-aħħar jiem spikkaw l-appelli tal-Prim Ministru Robert Abela li nsista li m’hemm ebda rebħa ċerta u appella biex kulħadd jiġbor il-vot u jipparteċipa f’din l-elezzjoni. 

Ekonomija

Sport