Tħabbret il-mewt ta’ Antonio Carbajal, il-goalkeeper Messikan li sar l-ewwel player li lagħab f’ħames edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja. Huwa miet fl-etá ta’ 93 sena.
Carbajal kien iddaħħal l-isptar fil-belt ċentrali ta’ Leon għal problemi ta’ pressjoni tad-demm iżda eventwalment intbagħat id-dar fejn miet imdawwar bil-familjari tiegħu.
Magħruf bħala “La Tota,” huwa lagħab għall-Messiku fi 11-il partita tat-Tazza tad-Dinja mill-1950-66.
Minn dakinhar lagħbu tliet Messikani oħra f’ħames edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja: Rafael Márquez, Andres Guardado u Guillermo Ochoa.
Players oħrajn li laħqu dan ir-rekord huma Lionel Messi tal-Arġentina, Cristiano Ronaldo tal-Portugall, Lothar Matthaeus tal-Ġermanja u Gianluigi Buffon tal-Italja.
Carbajal lagħab għall-club Messikan, Leon, mill-1950-56, fejn rebaħ żewġ titli fl-1952 u fl-1956.
Wara li rtira bħala player, huwa kkowċja lil Leon, Morelia, Curtidores u Campesinos.