Helen Reddy, il-kantanta Awstraljana wara l-kanzunetta ‘I Am Woman’ mietet fl-età ta’ 78 sena. Skont stqarrija maħruġa mill-familja tagħha, Reddy mietet fl-aħħar sigħat f’Los Angeles.
Uliedha Traci Donat u Jordan Sommers iddeskrivewha bħala mara ammirevoli, omm mill-aqwa u nanna mill-aqwa u mara formidabbli. Huma żiedu jgħidu li qalbhom maqsumha iżda straħu fuq il-fatt li leħinha se jibqa’ jgħix għal dejjem.
Reddy kienet tbati mill-Addison’s disease u kienet tbati wkoll mid-dementia għal dawn l-aħħar ħames snin. Hija għamlet l-aħħar snin ta’ ħajjitha tgħix f’dar tal-anzjani li fiha jgħixu personalitajiet magħrufin.
Meta fl-1973 resqet biex tiġbor il-Grammy Award għall-aħjar vuċi femminili Reddy rringrazzjat lil “Alla għax hi tagħmel kollox possibbli”.