Friday, April 26, 2024

Ikomplu jonqsu l-każi attivi … Ifiqu aktar mit-triplu tal-każi ġodda

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minn 2,211 swab test li ttieħdu matul dawn l-aħħar 24 siegħa, irriżultaw 23 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess waqt kien hemm 78 persuna li rkupraw. Dan wassal biex il-każi attivi f’Malta ta’ persuni infettati bil-Covid-19 issa niżel għal 462 każ.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm seba’ każi ta’ tixrid tal-virus fost qraba, każ ta’ tixrid tal-virus fuq il-post tax-xogħol, żewġ każi ta’ persuni li ġew f’kuntatt dirett ma’ każ ieħor pożittiv, każ mill-cluster ta’ Paceville, żewġ każi impurtati u tliet każi ta’ tlaqqigħ soċjali ma’ każi pożittivi oħra.

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/207614400957111

Sport