Fl-aħħar ħin Puttinu Cares ħabbret li l-Konsulent tant maħbub Dr. Victor Calvagna għadu kif ħalla din id-dinja.
Filwaqt li sellmet il-memorja tiegħu, hija ddeskrivitu bħala bniedem umli li ta ħajtu kollha lit-tfal morda u l-ġenituri li tant kien iħobb.
“Għallimna kif inkunu ta’ servizz għall-oħrajn mingħajr ma nistennew xejn lura. Grazzi tal-eżempji sbieħ u l-valuri li rawwimt fina. Ma ninsewk qatt,” qalet Puttinu Cares filwaqt li tat il-kondoljanzi lil martu Carmen, uliedu Francesca u Rebecca, familjari u ħbieb kollha.
Puttinu Cares qalet li d-dettalji taċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajtu se jingħataw iktar il-quddiem.
Sfortunatament Calvagna kellu jiddaħħal l-isptar bi ġrieħi serji wara li nhar it-28 ta’ Diċembru filgħaxija ttajjar qrib l-akwarju nazzjonali fil-Qawra.
Fil-31 ta’ Diċembru bintu kienet spjegat li missierha kien tilef 95% tal-funzjoni tal-moħħ.
L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
Aqra aktar: