Wednesday, July 24, 2024

Titħabbar il-mewt tal-leġġendarju Ġermaniż Karl-Heinz Schnellinger

Aqra wkoll

Id-dinja tal-football qed tibki l-mewt ta’ Karl-Heinz Schnellinger, li miet fl-età ta’ 85 sena fl-isptar San Raffaele f’Milan wara marda twila.

Ismu jmur lura għall-partita tant magħrufa … is-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-Messiku tal-1970, bejn il-Ġermanja tal-Punent u l-Italja meta skorja l-gowl tad-draw ta’ 1-1 biex il-partita kellha tmur għall-ħin barrani, bl-Azzurri jirbħu bl-iskor ta 4-3.

Fl-Italja għex l-aktar snin importanti tal-karriera tiegħu. Huwa kien iffirmat minn Roma wara li beda l-karriera tiegħu ma’ Cologne.

Fl-1963-64, huwa lagħab b’self ma’ Mantua, qabel ma rritorna mal-Giallorossi l-istaġun ta’ wara. Bejn l-1965 u l-1974 lagħab ma’ Milan li magħhom rebaħ l-Iscudetto 1967-68, it-Tazza Taljana tliet darbiet (66-67, 71-72 u 72-73), it-Tazza tar-Rebbieħa tat-Tazza 1967-68 u 1972-73, it-Tazza taċ-Champions 1968-69 u t-Tazza Interkontinentali tal-1969.

Ekonomija

Sport