Friday, December 27, 2024

Titħabbar żjara fostna minn uffiċċjali għolja tal-Unjoni Ewropeja taċ-Ċikliżmu …

Aqra wkoll

Dan l-aħħar l-uffiċċjali għolja John Zammit, Joe Bajada u Daniel Borg Olivier, President, Segretarju Ġenerali u Teżorier rispettivament tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu attendew għal 35 Kungress tal-UEC fi Prague, fir-Republika Ċeka. Fost l-oħrajn huma kellhom laqgħa privata mal-uffiċċjali għolja tal-Unjoni Ewropeja taċ-Ċikliżmu fejn kien stabilit iż-żjara fostna fil-ġimgħat li ġejjin ta’ Enrico Della Casa u Alasdair MacLennan, President u Segretarju Ġenerali tal-UEC. Matul iż-żjara tagħhom huma ser jaraw kif l-istess UEC tkun tista tgħin għal titjib fil-faċilitajiet sportivi tal-BMX Outdoor Track biex b’hekk ikunu jistgħu jinżammu kompetizjonijiet Internazzjonali f’Malta.

Apparti s-sehem tagħhom fil-Kungress, Joe Bajada, bħala President mexxa wkoll laqgħa tal-Kummissjoni tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-UEC fejn kien assistit mill-President Enrico Della Casa (l-Italja) u s-Segretarju Ġenerali Alasdair MacLennan (il-Gran Brittanja). Ħadu sehem ukoll il-membri l-oħra kollha Walter Baldiserra (San Marino), Camille Dahm (Lussemburgu), u Bjarni Mar Svavarsson (Iżlanda). Bajada ppreżenta programm mimli dwar strateġija, għanijiet, taħriġ, ħolqien ta’ iktar tiġrijiet internazzjonali taċ-ċikliżmu, kif ukoll bosta rakkomandazzjonijiet oħra. Dan il-programm kien ferm apprezzat u kkumplimentat.

Intant fil-jiem li ġejjin, ser jinżamm l-UCI-WCC Mechanic Course Level I (online), liema kors ser ikun iffinanzjat mill-Kummissjoni ta’ Solidarjeta’ tal-UCI u dan bl-inizjattiva tal-istess Bajada li huwa ukoll membru ta’ din l-istess Kummissjoni Internazzjonali.

Ekonomija

Sport