Illum, proprju f’għeluq snin Christine Gauci, suldata Għawdxija li tilfet ħajjitha fl-2020, se tiġi inawgurata l-istatwa li saret biex tfakkar il-memorja tagħha.
Din l-istatwa, li bħalissa tinsab fil-Joserosand Art Studio, f’Ħal Qormi, se tinġarr lejn Għawdex biex titqiegħed u tiġi inawgurata aktar tard quddiem Dar Christine, fir-Rabat Għawdex.
Dar Christine isservi bħala faraġ għal irġiel, vittmi ta’ vjolenza domestika, bil-għan li jgħin lil dawk beżagħna. Il-President ta’ Happy Parenting – Malta (for Happier Children), Mary Gauci, omm Christine, flimkien mal-artist Charlo Spiteri Magri qegħdin jistiednu lill-eks kollegi u ħbieb tagħha kif ukoll membri ta’ Happy Parenting, biex iżuru din l-istatwa.
Min jixtieq li jkun preżenti għandu jċempel lil Mary Gauci fuq 77603330 jew lil Charlo fuq 79327020 jew tibagħtu email fuq [email protected]
