Wednesday, April 24, 2024

Aġġornat: Aktar imwiet fl-Istati Uniti kawża ta’ għargħar qawwi

In-numru ta’ fatalitajiet jitla’ għal 45

Anthea Cachia
Anthea Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-Gvernaturi ta’ New York u New Jersey, wara li fil-jiem li għaddew iddikkjaraw stat ta’ emerġenza kawża ta’ għargħar, ħabbru li din it-traġedja ħadet aktar ħajjiet. Dan l-għargħar, ir-riperkussjoni oħra tat-tibdil fil-klima, qiegħed iseħħ f’numru ta’ pajjiżi madwar id-dinja. 

Sforunatament jidher li l-għargħar laqat sitt stati differenti u lkoll kellhom numru ta’ fatalitajiet. Il-Gvernatur ta’ New Jersey, Phil Murphy, qal li minn tal-inqas 23 persuna mietet f’New Jersey stess, il-maġġoranza ta’ dawn għaliex inqabdu ġewwa vetturi, hekk kif l-ilma kompla jinġema’. Minn tal-inqas 14-il persuna tilfet ħajjitha f’New york, inkluż tifel ta’ sentejn filwaqt li 11-il persuna mietet waqt li inqabdet  fil-kantina ta’ darhom.

Minn naħa l-oħra f’Pennsylvania, ħames persuni tilfu ħajjithom filwaqt li gwardjan taż-żona, ġie mkaxkar mill-kurrent tal-għargħar waqt il-qadi ta’ dmirijietu. Imwiet oħra ġew irrappurtati f’Maryland u Virginia.  

Il-President Amerikan Joe  Biden, iddikjara stat ta’ emerġenza f’dan iż-żewġ lokalitajiet u b’hekk ġew mogħtija fondi federali biex jgħinu lil dawk milquta.

 

@ctvnews

This is what a New York City subway station looked like on Sept. 1 after storm Ida brought flash flooding to the city. #ctvnews #ida #nyc

♬ original sound – CTVNews

Sport