Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li tlestiet Triq Għajn Qamar fix-Xagħra li hija t-13-il triq kompluta mill-100 triq residenzjali mwiegħda għal Għawdex fit-tliet snin li ġejjin.
Il-Ministru Clint Camilleri qal li, “F’din it-triq mhux biss tajna 1,900 metru kwadru ta’ tarmak iżda bdilna wkoll il-provvista tal-elettriku permezz tal-Enemalta sabiex imbagħad stajna nlestu t-triq.”
Huwa kompla jgħid li bħalissa għaddejjin ukoll xogħlijiet estensivi mhux biss fix-Xagħra iżda wkoll fi Triq il-Ġidi, ix-Xewkija, Triq ir-Rabat, ix-Xewkija kif ukoll toroq oħrajn fosthom ix-xogħlijiet li bdew fi triq prinċipali, Triq it-Tiġrija, li min-Nadur twassal għall-Qala u x-xogħlijiet li qegħdin fi stadju avvanzat fuq it-triq prinċipali ta’ Marsalforn.
Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri temm jgħid li l-ħidma se tibqa’ għaddejja sabiex jitwettaq dak li kien imwiegħed.

