Monday, May 13, 2024

Tittella’ t-tielet edizzjoni tal-kunċert ‘Tisbit’ f’Villa Rundle

Aqra wkoll

Attendenza numeruża nġabret fil-ġonna ta’ Villa Rundle biex tgawdi t-tielet edizzjoni tal-kunċert ‘Tisbit’ li ttella’ lbieraħ, 23 ta’ Awwissu. Il-kunċert kien imżewwaq bl-arti tal-perkussjonijiet b’taħlita ta’ mużika u żfin.

Il-moħħ wara dan il-kunċert huwa Michael Camilleri, it-timbali prinċipali tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u drummer f’The Travellers.

L-introduzzjoni għal dan il-kunċert, li kien miftuħ għall-pubbliku mingħajr ħlas, inkludiet fost l-oħrajn mużika tal-arpa u l-vjolin. Wara, bosta żgħażagħ Għawdxin, flimkien ma’ artisti żgħażagħ oħra, urew it-talenti tagħhom b’mużika u żfin kontinwu.

Fost dawk preżenti kien hemm il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, fejn ilkoll flimkien setgħu jgawdu atmosfera kkulurita permezz ta’ dwal differenti, kif ukoll serata divertenti li ġiet organizzata bl-għajnuna tad-Direttorat tal-Wirt Kulturali tal-Ministeru għal Għawdex u diversi sponsors li taw sehemhom sabiex din l-attività setgħet tirnexxi.

Sport