Friday, December 13, 2024

Tiżdied b’7.5% in-nefqa fuq il-benefiċċji soċjali fl-ewwel tliet xhur tas-sena

Aqra wkoll

Bejn Jannar u Marzu ta’ din is-sena, in-nefqa fuq il-benefiċċji soċjali kienet tlaħħaq it-€359.2 miljun, li jfisser 7.5% aktar meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena ta’ qabel.

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li n-nefqa fuq benefiċċji kontributorji ammontat għal €287.4 miljun sal-aħħar ta’ Marzu 2023, jiġifieri żieda ta’ 5.9% mill-2022.

In-nefqa fuq il-benefiċċji mhux kontributorji kienet tlaħħaq il-€71.8 miljun, 14.7% ogħla mill-2022.

L-istatistika turi wkoll li b’kollox kien hemm 41,760 familja li rċevew children’s allowance matul l-ewwel kwart ta’ din is-sena.

Ekonomija

Sport