Monday, December 23, 2024

Tkeċċa l-Kap tal-Armata Ukrena 

Aqra wkoll

L-ogħla kmandant tal-armata Ukrena Valery Zaluzhny tkeċċa mill-kariga tiegħu fi pjan tal-President Ukren Volodymyr Zelenskyy, li din is-sena jrid li tkun ta’ suċċess fil-kunflitt mar-Ruissja billi jinbidlu n-nies li hemm imexxu l-armata Ukrena. 

Il-ġeneral Zaluzhny, kien mexxa l-armata Ukrajna mill-bidu tal-gwerra mar-Russja u mbotta lura l-forza ta ‘invażjonarja ferm aktar qawwija fl-ewwel xhur tal-kunflitt.

Minkejja dan kollu, il-falliment fil-kontro-offensiva Ukrena fis-sajf li għadda u n-nuqqas ta’ qbil bejnu u bejn il-ġeneral Zaluzhny u l-president Zelensky ħammeġ ir-reputazzjoni tiegħu mal-uffiċċju tal-President.

Zelensky ħabbar li se jaħtar lil Oleksandr Syrsky biex jieħu post Zaluzhny bħala kmandant tal-armata. 

Għadd kbir ta’ forzi Russi bħalissa qed jattakkaw il-belt ta’ Avdiivka, filwaqt li Moska intensifikat l-attakki fir-reġjun tal-Grigal ta’ Kharkiv fi sforz biex iġiegħel l-Ukrajna tirtira mill-pożizzjoni tagħha.

Waqt li ħabbar it-tkeċċija ta’ Zaluzhny, Zelensky talab lit-tmexxija militari l-ġdida tiegħu biex tfassal strateġija biex tirbaħ lill-forzi Russi.

Ekonomija

Sport