Saturday, April 27, 2024

Tkompli l-għajta favur il-ħarsien ta’ Wied Żnuber

Aqra wkoll

Ilbieraħ filgħodu, għexieren ta’ residenti Birżebbuġin, ċittadini u għaqdiet, imxew mill-knisja ta’ Bengħajsa saż-żona ta’ Wied Żnuber fejn hemm ippjanat mitjar għall-mudelli tal-ajruplani. Il-parteċipanti saħqu li dan il-pjan għandu jiġi rtirat minnufih u li ż-żona madwar il-wied issir ODZ. Magħhom ingħaqad is-Sindku ta’ Birżebbuġa, Scott Camilleri, li sejjaħ ukoll għall-ħarsien ta’ Wied Żnuber.

“Tmissux wied Żnuber” 

L-għajta tal-parteċipanti li attendew għall-mixja

Matul il-mixja informattiva, esperti tal-istorja u tan-natura spjegaw l-importanza ta’ dan il-post li jiġbor fih kemm fdalijiet storiċi ta’ valur kbir, bħal dolmen preistoriku u xelter militari, kif ukoll ħxejjex u annimali protetti li jgħixu f’tip ta’ abitat dejjem iktar mhedded – xagħri u blat fejn jinħolqu għadajjar tal-ilma tax-xita. Il-post imiss ukoll ma’ sit tan-Natura 2000 fejn ibejjet iċ-Cief u għalhekk jservi ta’ buffer zone bejn dan is-sit protett bil-liġi u l-fabbriki.

Sport