Sunday, November 24, 2024

Tkompli t-tfittxija fil-Ġappun wara ħabta bejn żewġ ħelikopters

Aqra wkoll

Il-flotta Ġappuniża qed tkompli t-tfittxija tagħha għal seba’ ekwipaġġ fl-Oċean Paċifiku. Dan wara li s-Sibt filgħaxija kien hemm ħabta bejn żewġ ħelikopters u li konsegwenza t’hekk tilef ħajtu minn tal-inqas membru tal-ekwipaġġ wieħed.

Il-Prim Ministru tal-pajjiż, Fumio Kishida qal li jjiddispjaċih immens għal din it-traċedja. F’kumment li ta lill-midja qal; “Huwa ta ‘dispjaċir kbir li tlifna persuna li kienet involuta f’taħriġ iebes ħafna”.

Sa issa għadu mhux ċar x’seta wassal għal din il-ħabta, li seħħet qrib il-Gżejjer Izu, li jinsabu fin-nofsinhar ta’ Tokyo. Il-Ministru tad-Difiża tal-Ġappun Minoru Kihara qal li se tkun qegħda ssir ħidma sabiex jiġu salvati diversi ħajjiet.

Il-Ġappun huwa wieħed mill-pajjiżi li saħħaħ l-infiq tad-difiża u saħħaħ il-kooperazzjoni mal-Istati Uniti, il-Korea t’Isfel u pajjiżi oħra fl-Asja.

F’April 2023 ħelikopter tal-armata Ġappuniż b’10 persuni abbord, kien iġġarraf ‘il barra mill-gżira Miyako fin-Nofsinhar tal-prefettura ta’ Okinawa. Fost dawk li kienu fuq it-titjira, kien hemm il-Kmandant Gen Yuichi Sakamoto.

Sport