Tlett itfal, tnejn ta’ sitt snin u oħra ta’ tliet snin, ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.00p.m. fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 32 sena residenti Ħal Qormi u bawżer misjuq minn raġel ta’ 39 sena residenti San Pawl il-Baħar.
It-tlett itfal kienu passiġġiera fil-karozza u ttieħdu l-Isptar fejn ġew iċċertifikati li sofrew minn ġrieħi ħfief. Iż-żewġt irġiel l-oħra ma weġġgħux f’dan l-inċident.
Għal xi mumenti t-triq kienet magħluqa għat-traffiku.