Sunday, May 19, 2024

Tlett persuni salvati wara li sabu diffikulta waqt li kienu qed jgħumu f’Golden Bay

Aqra wkoll

F’Golden Bay, kien hemm sitwazzjoni xejn kalma. Dan hekk kif tliet persuni li niżlu jgħumu fil-bajja tal-Mixquqa sabu diffikulta huma u jgħumu. Jidher li l-kurrent fil-baħar kien wieħed perikoluż.

Dan qaluh il-Malta Ranger Unit permezz tal-paġna tagħhom ta’ Facebook, fejn qalu li l-għawwiema ġew salvati minn surfers li kienu fil-bajja. Qalu li r-ranger kienu fuq il-post, ċemplu għall-ambulanza u assiguraw li l-għawwiema qegħdin jingħataw l-għajnuna fuq il-post.

Il-Malta Ranger Unit, li tieħu ħsieb l-infurzar fl-inħawi, ħeġġet lin-nies biex ma jgħumux fil-bajja u wissiet bil-periklu serju li persuna tista’ ssib ruħha fihom meta tgħum f’dawn iċ-ċirkostanzi.

Sport