Thursday, October 17, 2024

Tliet clubs Ingliżi jsegwu lil Dusan Vlahovic

Aqra wkoll

Juventus jistgħu ‘jissagrifikaw’ lill-attakkant tagħhom Dusan Vlahovic li mistenni jmur jilgħab fil-Premier League Ingliż fejn Chelsea, Tottenham Hotspur u Manchester United jinsabu interessati fih.

Dan l-eks plejer ta’ Fiorentina donnu ftit ikkonvinċa lid-diriġenti Bianconeri fil-wirjiet tiegħu fejn wara bidu tajjeb ħafna, beda jmajna fil-gowls u dan jista’ jġiegħel lid-direttur sportiv il-ġdid Cristiano Giuntoli sabiex ibigħ lil dan il-plejer. 

Fl-istess waqt, il-Bianconeri għandhom bżonn il-flus sabiex jakkwistaw xi plejer ieħor li forsi jkun aħjar mill-attakkant Serb.

Sport