Monday, April 20, 2026

Tliet persuni l-Isptar wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati

Aqra wkoll

Ilbieraħ, tliet persuni ttieħdu l-Isptar wara li weġġgħu f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tat-3:00 p.m., fi Triq Tal-Miżieb, San Pawl il-Baħar. Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 63 sena residenti l-Mellieħa tilef ilkontroll ta’ Volkswagen Scirocco li kien qed isuq u kellu impatt ma’ ħajt.

It-tieni inċident ġara għal xil-5:30 p.m., fi Triq Daħlet Qorrot, in-Nadur, Għawdex. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’ 21 sena residenti Santa Venera tilfet il-kontroll tal-quadbike CF Moto li kienet qiegħda ssuq u kellha impatt ma’ ħajt.

Fuq ilquadbike kien hemm ukoll raġel ta’ 29 sena residenti Ħal Għaxaq. Tim mediku ta’ l-assistenza fiż-żewġ inċidenti, fejn ir-raġel ta’ 63 sena, ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi, filwaqt li t-tnejn loħra ttieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex fejn ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport