Sunday, November 24, 2024

Tliet players oħra ta’ Chelsea pożittivi għall-coronavirus

Aqra wkoll

Chelsea kellhom tliet plejers oħra pożittivi għall-coronavirus qabel il-konfront tal-Premier League il-Ħamis filgħaxija ma’ Everton fi Stamford Bridge.

Mateo Kovacic riċentement ittestja pożittiv għall-virus u għadu f’iżolament, iżda, tliet players oħra tal-ewwel team ikkuntrattaw il-virus ukoll.

Bħalissa m’hemm l-ebda indikazzjoni jekk il-partita ta’ nhar il-Ħamis mat-Toffees hijiex mhedda, għalkemm it-tliet players inkwistjoni ġew deskritti bħala ‘prominenti’.

It-trio mingħajr isem immedjatament daħlu f’awto-iżolament malli rċevew it-testijiet pożittivi tagħhom iżda huma maħsuba li tħarrġu flimkien ma’ sħabhom nhar l-Erbgħa, hekk kif il-Blues ħejjew għal-logħba mat-team ta’ Rafael Benitez.

Tnejn mill-players kienu allegatament stabbiliti biex jiġu inklużi fl-iskwadra nhar il-Ħamis, li jfisser li l-manager Thomas Tuchel se jkollu jibdel il-pjanijiet tiegħu fl-aħħar mument, jekk il-partita tibqa’ għaddejja.

Tottenham Hotspur, Manchester United, Brentford, Brighton & Hove Albion u Watford huma fost il-clubs tal-Premier League li riċentement kellhom tifqigħat tal-COVID-19 fl-iskwadra tagħhom.

Sport