Friday, February 7, 2025

Tliet plejers jirbħu l-finali rispettiva tagħhom fil-Blackball

Aqra wkoll

Tliet plejers rebħu l-finali rispettiva tagħhom fil-Blackball hekk kif fil-Fuego Speakeasy Arena f’Birkirkara ntlagħab turnew ieħor ta’  kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Nazzjonijiet 2025.

Fil-finali ta’ taħt it-23 sena, Steve Muscat kien ferm preċiż fil-logħba li kellu kontra Matthias Debono hekk kif rebaħlu 9-4. Fil-kategorija ta’ plejers ‘l fuq minn 40 sena, Duncan Edwards għeleb lil Mario Scicluna 10-3 f’logħba li hu ddomina.

Finalment, fil-finali tal-Masters 50+ Johan Grixti kellu rebħa tajba ta’ 9-3 kontra Jesmond Schembri.

Dawn it-tliet plejers kisbu post awtomatiku mat-tim nazzjonali Malti li se jikkompeti fit-tazza tan-nazzjonijiet 2025 tal-Blackball li se ssir fi Bridlington bejn il-5 u l-11 t’April li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport