Il-Malta Blackball Pool Federation organizzat it-tieni turnew ta’kwalifikazzjoni fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara, parti minn sensiela ta’ ħames kompetizzjonijiet ta’ ranking li jwasslu għall-Kampjonati tad-Dinja WPA li se jsir f’Londra aktar tard din is-sena.
Fil-finali tal-irġiel, Mevrick Zammit kellu konfront eċitanti kontra Miguel Amato u ħareġ rebbieħ b’rebħa minima ta’ 10-9.
Fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena, Matthias Debono kiseb is-suċċess wara li għeleb lil Steven Muscat bl-iskor ta’ 10-5. Intant, fil-finali Under 18, Denzel Falzon rebaħ kontra Nick Muscat bl-iskor ta’ 8-4.
Fil-jiem li ġejjin l-Malta Blackball Pool Association se tkun qed torganizza t-tielet turnew biex jiġu determinati l-plejers li se jilagħbu mat-tim nazzjonali Malti.




