Saturday, May 18, 2024

Tliet timijiet jagħmluha għas-semifinali tal-kampjonat tas-sajf

Aqra wkoll

Tliet timijiet kisbu post fis-semifinali tal-kampjonat tas-sajf organizzat mill-MDA wara li rebħu l-logħbiet rispettivi tagħhom.

Minn grupp A, Ħamrun Bayern baqgħu b’punti massimi minn disa’ logħbiet wara li għelbu l-ostaklu ta’ Fgura Maypole 4-2. Dan ifisser li l-Ħamruniżi se jkunu fis-semifinali ta’ din il-kompetizzjoni.

Mill-istess grupp, Floriana MCP rebħu l-konfront dirett kontra Birgu Boċċi Club 4-2 sabiex laħquhom fil-klassifika u kollox se jiġi deċiż fl-aħħar ġurnata għal min se jieħu t-tieni post.

Fl-istess waqt, PO’s Bar u Leah’s Bar temmew il-konfront bilanċjat tagħhom fi draw ta’ 3-3.

Minn grupp B, Team Fgura A u Floriana Premier CC kisbu rebħiet importanti li tawhomi l-kwalifikazzjoni għal mal-aħħar erbgħa.

Team Fgura A għelbu lil Juventutis Domus 5-1 filwaqt li Floriana Premier CC iddominaw lil Top Gun Bar 6-0 u Duke’s Bar 5-1.

Il-ġimgħa d-dieħla tintlagħab l-aħħar ġurnata ta’ dan it-turnament li kien wieħed ferm interessanti s’issa.

KLASSIFIKA – GRUPP A
Ħamrun Bayern 27, Birgu Boċċi Club, Floriana MCP 19, Fgura Maypole 7, PO’s Bar Gudja 4. Leah’s Bar 2,
KLASSIFIKA – GRUPP B
Team Fgura A 19, Floriana Premier CC 16, Juventutis Domus 9, Duke’s Bar, Top Gun 2.

Sport