Wednesday, November 6, 2024

Tliet timijiet jiksbu post fis-semi-finali tal-VMFA Trophy

Aqra wkoll

Tliet timijiet għaddew għas-semi-finali tal-VMFA Trophy wara riżultati pożittivi li ġabu.

Il-holders MFPA ftit sabu diffikulta’ sabiex għelbu lil Żurrieq Wolves 11-6.

Manuel Sevasta kien il-protagonista għal Malta Football Players Association meta skorja tliet gowls b’Alexander Ribic u Carlo Mamo awturi ta’ doppjetta. Matthew Xerxen, Aleksandar Marinkovic u awtogowl żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Żurrieq naqqsu l-iskor wara hat-trick ta’ Clarence Thompson, doppjetta ta’ Bjorn Bondin u gowl ieħor ta’ Roderick Caruana.

Birkirkara St Helen’s iddominaw il-konfront kontra Hibernians tant li rebħu 14-4.

Ayrton Buhagiar skorja seba’ gowls, Kevin Sammut għaqqad poker filwaqt li Eric Saliba, Nikolay Filipov u Kevin Borg Degiorgio sabu wkoll ix-xibka għall-Istripes.

Hibernians skorjaw minn doppjetti ta’ Leandros Calleja u Ilia Nazarov.

Gżira United Veterans kisbu post għal mal-aħħar erbgħa wara li għelbu lil Luxol St Andrew’s 9-3.

Din il-logħba kienet speċjali għal Alex Muscat fejn apparti li skorja gowl, kien qed jirritorna wara sitt xhur minħabba li kien imweġġa’.

Valdo Alinho u David Azzopardi skorjaw żewġ gowls kull wieħed b’Pio Schiriha, Jonathan Pearson, Kevin Vella, Gilbert Camilleri Lowell u Alex Muscat iżidu aktar gowls għall-Maroons.

Għal Luxol, Beppe Antignolo skorja doppjetta b’Michael Galea li żied ieħor.

Is-semifinali tal-VMFA Trophy jintlagħbu nhar l-Erbgħa li ġej fejn fis-7pm Birkirkara St Helen’s jaffrontaw lil MFPA filwaqt li fit-8pm Gżira United jilagħbu kontra Rabat Veterans.

Sport