Saturday, May 9, 2026

Tliet xhur ħabs talli għen immigranti jidħlu Malta illegalment

Aqra wkoll

Raġel ġie kkundannat tliet xhur priġunerija effettivi u mmultat ta’ €1,000 wara li fil-Qorti ammetta akkużi relatati ma’ assistenza lil persuni biex jidħlu jew jibqgħu Malta illegalment.

L-imputat kien mixli li fis-27 ta’ April 2026 u fix-xhur ta’ qabel għen jew assista persuni biex jinżlu l-art jew joqogħdu Malta bi ksur tal-liġi dwar l-immigrazzjoni.

Huwa kien mixli wkoll li kiser kundizzjonijiet imposti fuqu meta kien ingħata l-ħelsien mill-arrest permezz ta’ digriet mogħti mill-Maġistrat Nadine Sant Lia fl-4 ta’ Ottubru ta’ sentejn ilu. 

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti kkunsidrat l-ammissjoni bikrija tal-imputat u assigurat ruħha li din saret b’mod volontarju. Il-Qorti qalet li ma kellha l-ebda raġuni biex tiddubita mill-validità tal-ammissjoni u sabitu ħati tal-akkużi kollha.

Minbarra s-sentenza ta’ tliet xhur ħabs u l-multa ta’ €1,000, il-Qorti ordnat ukoll il-konfiska favur il-Gvern ta’ Malta ta’ depożitu ta’ €5,000 li kien ġie stabbilit bħala parti mill-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport