Żagħżugħ ta’ 16-il sena sofra ġrieħi serji wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-5:05 p.m kienu involuti f’inċident f’Ħal Kirkop.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li tliet subien ta’ 14, 15 u 16-il sena ndarbu wara li ġew f’kuntatt ma’ xi materjal splussiv.
It-tliet subien ittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei minħabba ġrieħi li sofrew wara li dan l-isplussiv għal xi raġuni ġie attivat. Iż-żewġ żagħżagħ ta’ 14 u 15-il sena sofrew minn ġrieħi ħfief.
B’rabta ma’ dan l-inċident ġie appuntata inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Victor Axiaq.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.