Wednesday, April 24, 2024

Mixli li ħebb għas-sieħba tiegħu wara li allegatament sabilha chats ma’ rġiel oħra fuq il-mobile tagħha

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel ta’ 37 sena minn Ħal Balzan nżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli li ħebb għas-sieħba tiegħu u kkaġunalha ġrieħi ta’ natura gravi. 

Fil-Qorti ħareġ kif l-imputat u s-sieħba tiegħu kienu ilhom joħorġu flimkien għal xi xhur u qattgħu tmiem il-ġimgħa f’Għawdex. 

Ingħad li hekk kif it-tfajla daħlet tinħasel, l-imputat allegatament qagħad ifittex fil-mobile tagħha u hemm sabilha xi chats ma rġiel oħra.

Kien f’dan il-mument li nqala’ argument bejniethom, bl-imputat allegatament jerfa’ jdejh fuqha u jikkawżalha xi ġrieħi. Hija telqet minn fuq il-post u niżlet lura Malta.

L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu iżda baqa’ jinżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li kellu t-talba għall-ħelsien mill-arrest miċħuda mill-Qorti.

Sport