Tliet persuni mietu u mill-inqas 32 iddaħħlu l-isptar fil-Filippini. Dan wara li kielu fekruna tal-baħar li ssajret u ġiet servuta lilhom bħala ikel.
Midja internazzjonali rrapurtat li dawk li tilfu ħajjithom u li bħalissa jinsabu l-Isptar kielu fekruna l-baħar minn ħanut tal-ikel li kien jinsab vera viċin tal-baħar.
Ġie innutat li filwaqt li huwa illegali li toqtol jew tikkonsma fkieren tal-baħar taħt il-liġijiet tal-protezzjoni ambjentali tal-Filippini, il-kreaturi tal-baħar f’xi komunitajiet għadhom jittieklu bħala ħelu tradizzjonali.
Ir-residenti ta’ Datu Blah Sinsuat, belt kostali magħrufa għall-bajjiet bojod u ramlin ta’ spiss jieħdu l-ikel tagħhom mill-baħar.
Lura għall-2013, mardu mat-68 persuna fil-Provinċja ta’ Samar tal-Lvant tal-Filippini mardu, b’erba’ minnhom spiċċaw tilfu ħajjiyhom wara li kkunsmaw fekruna tal-baħar li nstabet qrib ir-raħal tagħhom.