Sunday, November 3, 2024

Tlieta jweġġgħu f’argumenti separati f’San Ġiljan u ieħor arrestat

Aqra wkoll

Ilbieraħ, għall-ħabta ta’ 11:45 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Santu Wistin, San Ġiljan.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn irriżulta li kien qam argument bejn tlitt irġiel u wieħed kien telaq minn fuq il-post.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu liż-żewġt irġiel, it-tnejn Franċizi u għandhom 61 u 58 sena rispettivament sakemm setgħu jittieħdu l-Isptar Mater Dei għall-aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard, ir-raġel ta’ 61 sena ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi filwaqt li l-ieħor ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif.

Minn investigazzjoni li saret, il-Pulizija stabbiliet fejn kien mar ir-raġel l-ieħor involut u fi ftit ħin ġie arrestat. Ir-raġel, li huwa Pollakk u għandu 36 sena, qiegħed jinżamm fil-lock-up tal-Pulizija fil-Furjana għal aktar stħarriġ.

F’każ separat, illum, għall-ħabta tas-2:00a.m., waqt li l-Pulizija kienet
fi Triq San Ġorġ, f’San Ġiljan, innotat raġel mal-art b’xi ġrieħi.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lir-raġel, li għandu 26 sena u
residenti l-Marsa, l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċeritifikat bi ġrieħi serji.

Minn stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel kien involut f’argument waqt li kien ġo
stabbiliment fl-istess triq.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport