Wednesday, July 24, 2024

Tmiem il-ġimgħa impenjattiv għat-tlett sewwieqa tal-karting Maltin

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Dan huwa tmiem il-Ġimgħa mpenjattiv għat-tlett sewwieqa tal-karting Maltin, hekk kif jinsabu l-Italja għal-tellieqa mportani ħafna. Mason Barun, Benjamin Piscopo u Jacob Micallef, niżlu fiċ-Circuit ta’ Franciacorta biex jieħdu sehem fl-ewwel rawnd tal-WSK Euro Series.

Huma fost il-250 sewwieq minn madwar id-dinja, li ser jikkompetu fil-kategoriji MINI, OKNJ, OKN, OKJ u OK.
Il-WSK Euro Series hija pjattaforma għal sewwieqa żgħażagħ biex juru l-ħiliet tagħhom u potenzjalment jsibu posthom ma timijiet li jwasluhom għal-tlielaq tal-Formula.

Din is-sena, l-Euro Series se tilqa’ bosta sewwieqa, timijiet u dilettanti minn madwar id-dinja. It-tieni rawnd tal-WSK Euro Series ser isir fiċ-Ċirkwit Internazzjonali ta Napoli f’Sarno, mill-25 sad-29 ta’ Settembru. Iż-żewġ avvenimenti jinkludu l-istess kategoriji: MINI, OKNJ, OKN, OKJ u OK.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport