Monday, December 9, 2024

Tmien persuni mmultati €100 kull wieħed wara li ma jobdux id-direttiva tal-Gvern

Aqra wkoll

Kienu miġburin fi gruppi ta’ aktar minn tliet persuni

Matul il-ġurnata tal-lum tmien persuni kienu mmultati €100 kull wieħed talli ma osservawx id-direttiva tal-Gvern li tisħaq li mhuwiex permissibbli li jinġabru gruppi ta’ aktar minn tliet persuni.

Il-miżura tħabbret ilbieraħ mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri f’konferenza tal-aħbarijiet.

Matulha l-Ministru Camilleri esprima d-diżapprovazzoni tiegħu fir-rigward ta’ numru ta’ persuni li qed jibqgħu joħorġu u jinġabru fi gruppi minkejja l-appelli li b’mod kontinwu jsiru mill-awtoritajiet.

Camilleri spjega kif bil-miżura li kienet se tidħol fis-seħħ minn dalgħodu grupp ta’ erba’ persuni se jkunu qed jeħlu €400 bejniethom, bil-multa tirrifletti n-numru ta’ persuni fil-grupp.

Camilleri sostna li għalkemm jemmen se jkun hemm koperazzjoni mhux eskluż li dawn il-miżuri jiġu riveduti u jkun hemm pieni aktar ħorox minn dawn. Qal li qabel kienet forsi aċċettata li tpoġġi lilek innifsek f’periklu, iżda f’dan l-istadju, jekk se tkun qiegħed tpoġġi lilek innifsek f’riskju, se tkun qiegħed tpoġġi f’riskju l-ħajja ta’ ħaddieħor.

Ekonomija

Sport