Tuesday, June 16, 2026

Tmienja maqtula fi kraxx ta bomber Amerikan f’Kalifornja

Aqra wkoll

Tmien persuni, inklużi żewġ impjegati ta’ Boeing, inqatlu wara li bomber B-52 tal-Forza tal-Ajru tal-Istati Uniti ġġarraf immedjatament wara t-tluq mill-Bażi ta’ Edwards fin-nofsinhar ta’ Kalifornja. L-inċident seħħ nhar it-Tnejn fil-11:20 ħin lokali waqt li l-ajruplan kien fuq missjoni ta’ test ta’ rutina. 

Skont il-Kurunell James Hayes, l-ekwipaġġ abbord kien taħlita ta’ persuni militari, nies ċivili tal-gvern u kuntratturi. Il-qraba tal-ekwipaġġ kienu qed jiġu nfurmati dwar dak kollu li ġara.

L-ajruplan B-52 kien qed jappoġġja l-programm ta’ modernizzazzjoni tar-radar tal-bażi Edwards, u ġġarraf immedjatament mat-tluq wara li ħa n-nar. Wara li ġew riveduti l-filmati inizjali, l-inċident ġie meqjus bħala kraxx li ma setgħax jiġi evitat u li ma setgħax jiġi sopravvissut.

Għadha ma ġiet determinata l-ebda kawża li wasslet għall-inċident u mhux se tiġi determinata qabel ma jsiru sensiela ta’ investigazzjonijiet, li jistgħu jieħdu sa 30 jum. Investigazzjonijiet ulterjuri dwar l-analiżi tal-kawżi jistgħu jieħdu aktar minn sitt xhur.

Il-Boeing ikkonfermat fi stqarrija separata li żewġ impjegati tagħha kienu fost dawk abbord u qalet li l-kumpanija kienet f’kuntatt mal-familji tagħhom madankollu rrifjutat li tikkummenta aktar meta ġiet kkuntattjata mill-mezzi tal-aħbarijit.

Il-bażi ingħalqet għat-traffiku tal-ajru u l-ajruplani kollha li kienu deħlin ġew iddevjati u l-permessi kollha tal-viżitaturi mhux kummerċjali kienu sospiżi “sabiex l-installazzjoni tkun tista’ tiffoka kompletament fuq operazzjonijiet ta’ rispons għal emerġenza.”

Il-Boeing B-52 Stratofortress ilu jintuża mill-militar tal-Istati Uniti mis-snin ħamsin. Huwa bomber strateġiku b’firxa twila u pparteċipa f’attakki bil-bombi matul il-gwerra tal-Istati Uniti u Iżrael fl-Iran.

Kapaċi jtir sa 50,000 pied – meta mqabbel ma’ ajruplani kummerċjali tal-linji tal-ajru, li jtiru madwar 35,000 pied – it-tagħbija utli ta’ 32,000kg tal-bomber kolossali tista’ tinkludi mijiet ta’ bombi konvenzjonali u 32 missila nukleari.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport