Tuesday, June 16, 2026

Il-prezzijiet taż-żejt fl-inqas livell fi tliet xhur…. … is-swieq tal-ishma bl-ogħla livell rekord

Aqra wkoll

Il-prezzijiet globali taż-żejt niżlu għall-inqas livell fi tliet xhur u s-swieq tal-ishma għalqu f’livell rekord fost tamiet ġodda li ftehim ta’ paċi bejn l-Istati Uniti u l-Iran jista’ jtemm l-akbar kriżi fil-provvista tal-enerġija fl-istorja tas-swieq.

Il-prezz taż-żejt mhux raffinat Brent niżel b’madwar 4% għal madwar 83 dollaru nhar it-Tnejn fost ottimiżmu li l-istrett ta’ Hormuz jista’ jerġa’ jiftaħ dalwaqt u jġib lura fis-suq l-esportazzjonijiet taż-żejt tal-Golf. Il-prezzijiet tal-gass niżlu wkoll b’6% fl-Ewropa.

Is-swieq tal-ishma iżda żdiedu, bid-Dow jiżdied b’madwar 1% fl-għeluq tas-suq, u laħaq livell rekord wara loi l-investituri laqgħu l-aħbar li l-Istati Uniti u l-Iran kienu laħqu l-ftehim preliminari. 

Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal nhar il-Ħadd li l-ftehim “issa kien komplut”, minkejja l-attakki mill-ajru Iżraeljani reċenti fuq Beirut li kienu heddew li jdgħajfu t-taħditiet sensittivi.

Il-president Trump kiteb hekk fuq il-midja soċjali li kien awtorizza bis-sħiħ il-ftuħ tal-Istrett ta’ Hormuz, u, fl-istess ħin, awtorizza t-tneħħija immedjata tal-imblokk Navali tal-Istati Uniti. 

Siegħa wara huwa ċċara li l-istrett se jinfetaħ wara li jiġi ffirmat il-ftehim ta’ paċi nhar il-Ġmgħa u għall-finijiet tat-tneħħija tal-mini, iż-żejt se jiċċirkola miż-żewġt itruf mill-ġdid għad-Dinja!”

Ħafna mid-dettalji tal-ftehim mhumiex ċari, l-iktar dwar iż-żmien eżatt tal-ftuħ mill-ġdid tar-rotta marittima, min se jissorvelja l-passaġġ sikur u jekk jiġux applikati xi kundizzjonijiet.

L-awtoritajiet Iranjani qalu li se jkun hemm perjodu ta’ negozjati ta’ 60 jum għal ftehim finali li jindirizza kwistjonijiet usa’ bħall-programm nukleari ta’ Tehran u t-tnaqqis tas-sanzjonijiet.

Il-prezz internazzjonali taż-żejt ta’ riferiment estenda t-tnaqqis irreġistrat nhar il-Ġmgħa għal ftit aktar minn 82 dollaru kull barmil, l-aktar baxx mill-bidu tal-gwerra, fl-10 ta’ Marzu li għadda. Iż-żejt mhux raffinat Brent kien ftit inqas minn $73 meta faqqgħet il-gwerra fl-aħħar ta’ Frar.

Il-prezz taż-żejt beda nieżel tard il-ġimgħa li għaddiet minn $93 kull barmil nhar il-Ħamis biex għalaq għal $87.50 nhar il-Ġmgħa wara li Trump qal li kien qrib li jintlaħaq ftehim ta’ paċi ma’ Tehran li jtemm il-kontroll effettiv tar-reġim fuq ir-rotta tal-kummerċ taż-żejt.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport