Il-Bank of Valletta jixtieq jinforma lill-klijenti li bħalissa qed jindirizza problema teknika li affettwat pagament riċenti tal-istipendju datat 16 ta’ Ġunju, fejn fajl ta’ pagamenti ġie proċessat iżjed minn darba, u li rriżulta f’numru ta’ krediti żejda f’xi kontijiet.
Din il-problema ġiet identifikata mill-ewwel, u ttieħdet azzjoni immedjata sabiex tali okkorrenza ma terġax tiġi ripetuta. It-timijiet tal-Operat u tal-IT tal-Bank bħalissa qed jaħdmu flimkien biex jiġu identifikati t-tranżazzjonijiet kollha u l-ammonti kollha mħallsa żejjed, jiġu ratifikati b’mod ordnat.
Il-klijenti huma assigurati li:
- L-ammonti żejda biss se jiġu aġġustati
- Il-pagament oriġinali tal-istipendju mhuwiex se jintmess
- Il-klijenti m’għandhom bżonn jieħdu l-ebda azzjoni
Ir-ratifikazzjoni tal-pagamenti żejda se tkun qed issir fil-jiem li ġejjin, u l-aġġustament ikun jidher fil-kontijiet matul dan il-perjodu.
Il-Bank of Valletta jibqa’ kommess li jibqa’ joffri servizz integru, u li qed jittieħdu l-passi kollha neċessarji biex din il-problema tiġi solvuta mill-aktar fis, u bl-inqas inkonvejenza possibbli.
Il-klijenti huma mitluba jikkuntattjaw liċ-Ċentru għas-Servizz tal-Klijent fuq 2131 2020 jew fuq [email protected] f’każ ta’ bżonn ta’ xi kjarifika.
Il-Bank jirringrazzja lill-klijenti tiegħu u jiskuża ruħu b’mod sinċier għal kull inkonvenjenza li nħolqot.



