Wednesday, April 24, 2024

Tmut l-iżgħar residenta f’Dar Bjorn fl-età ta’ 16 -il sena

Aqra wkoll

Fuq il-mezzi soċjali tiegħu, Bjorn Formosa sellem il-memorja tal-iżgħar residenta f’Dar Bjorn –Kate Attard li kellha biss 16 -il sena

Bjorn wera x-xewqa li xtaq ħafna li jsir jafha qabel, xtaq ħafna li jismaha ddoqq u xtaq ħafna jgħinha. Spjega kif mill-ftit ġimgħat li kient ilha f’Dar Bjorn, induna kemm kellha familja li jħobbuha.

Huwa żied jgħid; “Issa ħu ħsiebhom minn hemm fuq u strieħ għal dejjem. Xi sfortuna għal DAR Bjorn illum. Proprju f’din il-ġimgħa mqaddza, inħasdet il-ħajja tal-iżgħar residenta. Kellha biss 16-il sena. Kiefra wisq. Inħeġġeġ it-talb għall-familja kollha”

Sport